Mandrake Linux Istruzzjonijiet ghall-Installazzjoni Konfigurazzjoni mehtiega * CPU Pentium jew kompatibbli * Drajv CDROM * Ta' l-inqas 32 MB RAM, 64 MB rakkomandati L-installazzjoni ta' Mandrake Linux tikkonsisti, f'hafna kazi, f'li tpoggi c-CD tal-installazzjoni fid-drajv CDROM u tirristartja l-kompjuter. Jekk joghgbok irreferi ghal punt 1. NOTA: * Jekk taggorna minn Mandrake Linux verzjoni 7.0, 7.1, 7.2, 8.0, 8.1 jew 8.2, tinsiex taghmel kopja tas-sigurtà tas-sistema tieghek. * Aggornament minn verzjonijiet izjed antiki (qabel 7.0) MHUX sapportit. F'dak il-kaz trid taghmel installazzjoni mill-gdid u mhux aggornament. ______________________________________________________________________ Tista' wkoll tinstalla Mandrake Linux fuq sistema Windows 95/98/ME, permezz tal-Linux for Windows. Dan m'ghandux bzonn li tinholoq partizzjoni fuq id-diska, u jinstalla l-Linux go folder fil-Windows. Huwa metodu konvenjenti biex tesperimenta bil-Mandrake Linux minghajr ma tibdel il-partizzjonijiet. Madanakollu, is-sistema tahdem hafn' izjed bil-mod milli installazzjoni regolari. Apparti minn hekk, l-installazzjoni tal-Linux tintilef kull meta terga' tinstalla l-Windows. Jekk joghgbok irreferi ghal punt 2 biex tuza Linux for Windows. Dawn huma d-diversi modi kif tista' tinsalla Mandrake Linux: 1. Startja l-kompjuter direttament mis-CD 2. Installa go Windows 95/98/ME 3. Ohloq flopi biex tibda l-installazzjoni mill-Windows 4. Metodi ohrajn ta' installazzjoni ______________________________________________________________________ 1. Startja l-kompjuter direttament mis-CD Is-CD ta' installazzjoni (l-ewwel CD) hija "bootable", F'hafna kazi, tista' ddahhal is-CD fid-drajv u tixghel il-kompjuter. Segwi l-istruzzjonijiet li jidhru fuq l-iskrin: Aghfas [Enter] biex tibda l-installazzjoni, ewj [F1] ghal izjed ghajnuna. NOTA: Fuq certi laptops jew kompjuters antiki, is-sistema tista' ma tkunx kapaci tistartja minn fuq CD. F'dak il-kaz, trid tipprepara diska flopi biex tistartja biha. Ara punt 3 ghal izjed dettalji. ______________________________________________________________________ 2. Installa go Windows 95/98/ME Biex tinstalla Mandrake Linux go folder tal-Windows, minghajr ma tohloq partizzjoni fuq id-diska, segwi dawn l-istruzzjonijiet: 1. Dahhal l-ewwle CD, 2. Irristartja l-kompjuter, 3. Aghfas [F1] meta jitla' l-iskrin ta' Mandrake Linux, 4. Ittajpja lnx4win fil-prompt, u aghfas [Enter] Segwi l-istruzzjonijiet li jidhru fuq l-iskrin. Tista' ssib izjed taghrif dwar lnx4win fil-fajl readme. NOTA: Meta ddahhal is-CDROM fil-Windows, titla' window li taghtik access ghal taghrif dwar l-installazzjoni u ghal dimostrazzjonijiet u tutorjal tal- Mandrake Linux. Thallik ukoll tohloq direttament il-flopi biex tistartja biha kif imsemmi f'punt 3. Jekk il-window ma titlax, haddem: D:\dosutils\autorun.exe (Jekk l-ittra tas-CDROM hija D) ______________________________________________________________________ 3. Ohloq flopi biex tibda l-installazzjoni mill-Windows Jekk il-kompjuter tieghek ma jistax jistartja minn fuq CDROM u l-metodi msemmija qabel ma jahdmux, tista' tohloq flopi biex tistartja fuqha minn go l-Windows, b'dan il-mod: * Dahhal is-CDROM u iftah l-ikona "My Computer", klikkja bil-buttuna leminija tal-maws fuq is-CDROM u aghzel "Open" * mur fid-direttorju "dosutils" u klikkja-doppja fuq l-ikona "rawwritewin" * Dahhal diska flopi vojta fid-drajv tal-flopi * Aghzel "D:\images\cdrom.img" fil-kaxxa "Image File" (jekk id-drajv CDROM huwa "D:") * Aghzel "A:" fil-kaxxa "Floppy Drive", imbaghad klikkja fuq "Write". Biex tibda l-installazzjoni: * Dahhal l-ewwel CD fid-drajv CDROM, u l-flopi fid-drajv tal-flopi, * irristartja l-kompjuter. ______________________________________________________________________ 4. Metodi ohrajn ta' installazzjoni Jekk ghal xi raguni l-metodi ta' qabel ma jaqdux il-htigijiet tieghek (ez, trid taghmel installazzjoni bin-network, installazzjoni minn apparat pcmcia ecc), trid xorta taghmel flopi biex tistartja minn fuqha: * Fil-Linux (jew sistemi moderni tal-UNIX ohra) ittajpja fil-prompt: $ dd if=xxxxx.img of=/dev/fd0 * Fil-Windows, uza l-metodu msemmi f'punt 3, imma uza xxxxx.img (ara taht) minflok cdrom.img. * Taht DOS, jekk l-ittra tad-drajv CDROM huwa D:, ittajpja: D:\> dosutils\rawrite.exe -f images\xxxxx.img -d A Din hija lista ta' "images" ta' diski flopi disponibbli: cdrom.img Installa mis-CDROM hd.img Installa mill-hard-disk (minn filesystem Linux, Windows, jew ReiserFS) network.img Installa minn ftp/nfs/http other.img Installa bi drajvers rarament uzati li ma qaghdux fuq id-diski ta' qabel pcmcia.img Installa minn apparat pcmcia (innota li l-bicca l-kbira tal-kards tan-network pcmcia issa sapportjati direttament minn network.img) usb.img Installa minn apparat USB: apparat tan-network USB ghal installazzjoni bin-network, jew CDROM/CDRW tal-USB ghal installazzjoni mis-CD blank.img Installa kernel tal-Linux tieghek blank.img hija "image" minima biex tippersonalizza l-installazzjoni. ______________________________________________________________________ Tista' wkoll tuza modalità testwali jekk, ghal xi raguni, ma jirnexxielekx tuza l-installazzjoni normali grafika. Biex tuzaha, aghfas [F1] malli jitla' l-iskrin tal-merhba ta' Mandrake Linux welcome, u ttajpja text fil-prompt. Jekk ghandek bzonn tirkupra s-sistema Mandrake Linux, dahhal is-CD jew flopi tal- installazzjoni Mandrake, aghfas [F1] malli jitla' l-iskrin tal-merhba ta' Mandrake Linux welcome, u ttajpja rescue fil-prompt. Ara http://www.linux-mandrake.com/drakx/README ghal informazzjoni izjed teknika. ______________________________________________________________________ Dawn huma l-istadji principali tal-installazzjoni: 1. Dahhal is-CDROM tal-installazzjoni (jew il-flopi li tistartja fuqha jekk mehtiega) u rristartja l-kompjuter. 2. Aghfas [Enter] meta jitla' l-iskrin tal-merhba ta' Mandrake Linux u segwi l-istruzzjonijiet li jidhru. 3. Meta l-ionstallazzjoni tlesti nehhi s-CD meta din tinfetah (u l-flopi jekk intuzat). Il-kompjuter jirristartja. 4. Meta jistartja l-PC jitla' Mandrake Linux. Meta jitla', int tista' taghmel login bil-kont tal-user li hloqt waqt l-installazzjoni, inkella bhala "root". Nota importanti: Il-kont "root" jaghtik access bla restrizzjonijiet lis-sistema Linux kollha! Tuzax dan il-kont hlief biex tikkonfigura u tamministra s-sistema. Ghall-uzu ta' kuljum, uza kont ta' user normali li tista' tikkonfigura bil-programm "userdrake", jew bil-kmandijiet "adduser" u "passwd". Merhba ghad-dinja ta' Mandrake Linux ! ______________________________________________________________________ Ghal sapport fuq l-installazzjoni ara l-lista postali u FAQs ta' Mandrake Linux fuq il-web site: * http://www.mandrakelinux.com/ ______________________________________________________________________